Home >
Ir-Regoli tal-Ħanut tal-Internet CoffeeLover.mt
Il-ħanut tal-internet CoffeeLover.mt jagħmel l-almu tiegħu biex iħares il-jeddijiet tal-konsumaturi. Il-konsumatur ma jistax jiċħad il-jeddijiet mogħtija lilu mill-Att tal-Affarijiet tal-Konsumatur. Jekk il-konsumatur jidħol fi ftehim magħna u dal-ftehim ikollu dispożizzjonijiet li b’xi mod imorru kontra l-Att tal-Affarijiet tal-Konsumatur, dawk id-dispożizzjonijiet biss m’għandhomx jitqiesu u d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Affarijiet tal-Konsumatur għandhom jitqiesu minflokhom.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dar-Regoli mhux maħsuba biex ixejnu jew inaqqru mill-jeddijiet li l-liÄ¡i tagħti lill-konsumatur u jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ qbil, id-dispożizzjonijiet għandhom dejjem jinqraw favur il-konsumatur.
Xorb Tajjeb Ltd. hija kumpanija Maltija u għalhekk ir-Regoli qed jingħataw bl-ilsien Malti. Għalkemm tista’ tuża l-għodda awtomatiÄ‹i biex taqlibhom għal ilsna oħra minn rajk, jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ qbil bejn it-traduzzjonijiet u l-verżjoni bil-Malti, il-verżjoni bil-Malti hija dik li torbot.
1. Dispożizzjonijiet Ä enerali
1.1. Il-ħanut tagħna huwa ħanut tal-internet biss li jista’ jintlaħaq fl-indirizz www.coffeelover.mt u jitmexxa mill-kumpanija Xorb Tajjeb Ltd. (il-Bejjiegħ). L-indirizz tal-posta huwa B102, Triq in-Nakkri, San Pawl il-Baħar, SPB1553, Malta. F’dan l-indirizz m’għandniex uffiÄ‹ini u ma nilqgħux nies għax il-ħanut jitmexxa bl-internet biss. In-numru tal-VAT tal-ħanut huwa MT32450527 u tista’ tiktbilna fuq l-indirizz tal-email hi@coffeelover.mt.
1.2. Sakemm xi regola ma tgħidx xorta oħra, dawn ir-Regoli maħsuba kemm għall-konsumaturi aħħarin kif ukoll għan-negozji li jużaw il-ħanut tal-internet tagħna.
1.3. Il-Bejjiegħ huwa l-amministratur tad-dejta personali li nipproÄ‹essaw fuq il-Ħanut tal-Internet b’rabta ma’ dar-Regoli. NipproÄ‹essaw id-dejta personali għall-għanijiet, għat-tul taż-żmien u skont il-prinÄ‹ipji msemmija fil-Politika tal-Privatezza tal-ħanut tal-internet tagħna fosthom l-għanijiet u ż-żminijiet biex nipproÄ‹essaw id-dejta personali u l-jeddijiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll it-tagħrif dwar il-biskuttini u l-għodda tal-ftehim li nużaw fil-ħanut tal-internet. Meta tuża dal-ħanut tal-internet, fosthom meta tixtri, qed tagħmel hekk minn jeddek. Għalhekk, meta taqsam id-dejta personali magħna bħala negozjant jew klijent aħħari, tkun qed tagħmel hekk minn jeddek ukoll.
1.4 Tifsiriet:
1.4.1 ATT TAS-SERVIZZI DIÄ ITALI – Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar is-Suq Waħdieni għas-Servizzi DÄ¡itali li jibdel id-Direttiva 2000/31/KE (l-Att tas-Servizzi DiÄ¡itali) (Ä U L 102, p. Ä U L 277, 27.10.2022, pp. 1-102).
1.4.2 BLOGG – Servizz Elettroniku ta’ blogg fuq l-internet maħsub għan-negozjanti u l-konsumaturi aħħarin li jużaw il-ħaunt tal-internet fejn dawn jistgħu jaqraw l-artikli u l-kitbiet miktuba mill-Operatur tas-Servizz, fosthom artikli u kitbiet marbuta mal-ħidma tiegħu u mal-Prodotti u s-Servizzi li jagħti.
1.4.3 PREZZIJIET – il-prezzijiet tal-Abbonamenti u l-faÄ‹ilitajiet l-oħra bil-ħlas li jinbiegħu fuq il-ħanut tal-internet bl-imkejjen maħsuba għal dawn il-faÄ‹ilitajiet.
1.4.4 JUM TAX-XOGĦOL – bejn it-Tnejn u l-Ä imgħa, għajr il-btajjel.
1.4.5 FORMOLA TAL-KUNTATT – Servizz Elettroniku ta’ formola li tinsab fil-ħanut tal-internet biex tkun tista’ tikteb lill-Operatur tas-Servizz.
1.4.6 FORMOLA TAR-REÄ ISTRAZZJONI – formola li tinsab fil-ħanut tal-internet li tħallik toħloq Kont.
1.4.7 FORMOLA TAL-ORDNIJIET – Servizz Elettroniku ta’ formola li tinsab fil-ħanut tal-internet li tħallik tagħmel Ordni, l-iktar billi tqiegħed il-Prodotti f’basket tax-xiri elettroniku u tagħtik ir-regoli tal-Ftehim tal-Bejgħ, fosthom il-modi tat-twassil u tal-ħlas.
1.4.8 KLIJENT – (1) persuna naturali bis-setgħat legali kollha mogħtija mil-liÄ¡i u, f’xi każijiet, persuna naturali b’setgħat legali limitati; (2) persuna mwaqqfa bil-liÄ¡i jew (3) għaqda mhux reÄ¡istrata li l-liÄ¡i tagħtiha s-setgħat legali – li daħlet fi Ftehim tal-Bejgħ jew beħsiebha tidħol fi Ftehim tal-Bejgħ mal-Bejjiegħ.
1.4.9 il-KODIÄŠI ÄŠIVILI – l-iÄ¡ded verżjoni ta’ Kapitlu 16 tal-LiÄ¡ijiet ta’ Malta.
1.4.10 KONT – Servizz Elettroniku marbut ma’ Klijent b’isem tal-utent u password mogħtija mill-Klijent u maħżuna fis-sistemi diÄ¡itali tal-Operatur tas-Servizz li mbagħad marbuta mal-Ordnijiet li nÄ¡abru mill-ħanut tal-internet magħmula mill-Utent tas-Servizz.
1.4.11 NEWSLETTER – Servizz Elettroniku ta’ tixrid tat-tagħirf mibgħut bl-email mill-Operatur tas-Servizz fejn kull Utent jista’, kull tant żmien, jikseb ħarÄ¡a Ä¡dida tan-NEWSLETTER dwar il-Prodotti, l-aħbarijiet u l-offerti tal-ħanut tal-internet.
1.4.12 KONTENUT KONTRA L-LIÄ I – tagħrif li minnu nnifsu jew b’referenza għal xi għemil, fosthom il-bejgħ tal-Prodotti jew l-għoti tas-Servizzi ElettroniÄ‹i, imur kontra l-liÄ¡ijiet tal-Unjoni Ewropea (jew ta’ xi Pajjiż Membru tal-Unjoni Ewropea, sakemm dal-liÄ¡ijiet ikunu skont il-liÄ¡ijiet tal-Unjoni Ewropea), tkun xi tkun il-liÄ¡i.
1.4.13 PRODOTT – ħaÄ¡a li tista’ titmexxa minn post għall-ieħor, li tista’ tintmess u li tista’ tinxtara mill-ħanut tal-internet (u taf ikollha xi elementi diÄ¡itali) li tista’ tkun is-suġġett ta’ Ftehim tal-Bejgħ bejn il-Klijent u l-Bejjiegħ.
1.4.14 SERVIZZ – ħaÄ¡a diÄ¡itali jew mhux diÄ¡itali li tista’ tkun is-suġġett ta’ Ftehim tal-Bejgħ bejn il-Klijent u l-Bejjiegħ.
1.4.15 REGOLI – dar-Regoli tal-Ħanut tal-Internet.
1.4.16 ĦANUT TAL-INTERNET – il-ħanut tal-internet tal-Operatur tas-Servizz li jinsab fl-indirizz www.coffeelover.mt.
1.4.17 BEJJIEGĦ; OPERATUR TAS-SERVIZZ – Xorb Tajjeb Ltd. hi u tmexxi l-ħanut CoffeeLover.
1.4.18 FTEHIM TAL-BEJGĦ – ftehim tal-bejgħ fejn is-suġġett huwa Prodott jew Servizz li ntlaħaq jew se jintlaħaq bejn il-Bejjiegħ u x-Xerrej fuq il-Ħanut tal-Internet.
1.4.19 SERVIZZ ELETTRONIKU – servizz mogħti b’mod elettroniku minn Operatur tas-Servizz lill-Klijent bil-Ħanut tal-Internet.
1.4.20 l-ATT TAL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR – l-iÄ¡ded verżjoni ta’ Kapitlu 378 tal-LiÄ¡ijiet ta’ Malta.
1.4.21 ORDNI – stqarrija tal-Klijent, mibgħuta bil-Formola tal-Ordni, li turi x-xewqa li jidħol fi Ftehim tal-Bejgħ tal-Prodotti mal-Bejjiegħ.
2. Servizzi Elettroniċi fi ħdan il-Ħanut tal-Internet
2.1 Fil-Ħanut tal-Internet tista’ ssib dawn is-Servizzi ElettroniÄ‹i li Ä¡ejjin: Blogg, Kont, Formola tal-Kuntatt, Formola tal-Ordnijiet u Newsletter.
2.1.1 Jekk il-blogg ikun miftuh, tista’ taqrah billi tagħfas u tiftaħ l-għażla Blogg mill-menù tal-Ħanut tal-Internet. Il-blogg miftuħ bla ħlas għal dawk kollha li jixtiequ jaqrawh u m’għandek għalfejn tagħmel xejn iktar biex tkun tista’ taqrah. Fil-Blogg tista’ ssib l-artikli dwar il-Ħanut tal-Internet u l-Prodotti tal-Operatur tas-Servizz.
2.1.1.1 Meta jixtieq u mingħajr l-ebda raÄ¡uni, il-Klijent jista’ jagħżel li jieqaf juża s-Servizz Elettroniku tal-Blogg billi jagħlaq il-brawżer.
2.1.2 Kont – il-Klijenti jistgħu jużaw il-Kont wara li jkunu wettqu żewÄ¡ proÄ‹essi wara xulxin – (1) ikunu mlew il-Formola tar-ReÄ¡istrazzjoni u (2) ikunu għafsu fuq il-buttuna “Inkiteb”. L-Utent tas-Servizz jeħtieÄ¡lu jagħti dat-tagħrif dwaru fil-Formola tar-ReÄ¡istrazzjoni: ismu u kunjomu/isem il-kumpanija, l-isem tal-utent, l-indirizz (isem/numru tad-dar, triq, kodiÄ‹i postali, belt, pajjiż), l-indirizz tal-email, in-numru tat-telefown/tal-mowbajl, il-password. Għall-kumpaniji nafu nitolbu isem il-kumpanija u n-numru tal-VAT tal-kumpanija. Tista’ tiftaħ Kont int u tagħmel Ordni.
2.1.2.1 Is-Servizz Elettroniku tal-Kont qed jingħata bla ħlas mingħajr data tat-tmiem għas-servizz. Kull min fetaħ Kont għandu l-għażla li jibgħat email lil hi@coffeelover.mt biex jitlobna nagħlqulu l-Kont.
2.1.3 Formola tal-Kuntatt – il-Klijenti jistgħu jużaw il-Formola tal-Kuntatt wara li jkunu wettqu żewÄ¡ proÄ‹essi wara xulxin – (1) jagħfsu fuq l-għażla “Iktbilna” u (2) jagħfsu fuq il-buttuna “Ibgħat” wara li jkunu mlew il-Formola tal-Kuntatt. Fil-Formola tal-Kuntatt, l-Utent tas-Servizz jeħtieÄ¡lu jagħti did-dejta: l-indirizz tal-email, is-suġġett tal-messaġġ u l-messaġġ innifsu.
2.1.3.1 Is-Servizz tal-Formola tal-Kuntatt jingħata bla ħlas u huwa servizz ta’ darba li jintemm malli tibgħat il-messaġġ bil-formola jew jekk l-utent jagħlaq il-formola qabel jibgħat il-messaġġ.
2.1.4 Formola tal-Ordnijiet – is-servizz tal-Formola tal-Ordnijiet jibda jingħata meta l-Klijent iżid l-ewwel Prodott fil-basket tax-xiri elettroniku tal-Ħanut tal-Internet. L-Ordni tintbagħat meta l-Klijent ikun wettaq żewÄ¡ proÄ‹essi wara xulxin – (1) wara li jimla l-Formola tal-Ordnijiet u (2) wara li jkun għafas fuq “Ordna” fil-Ħanut tal-Internet wara li jkun mela l-Formola tal-Ordnijiet. Sa dak il-ħin, il-Klijent jista’ jibdel waħdu d-dejta li jkun daħħal. Il-Klijent għandu jagħti did-dejta li Ä¡ejja fil-Formola tal-Ordnijiet: ismu u kunjomu/isem il-kumpanija, l-indirizz (isem/numru tad-dar, triq, kodiÄ‹i postali, belt, pajjiż), l-indirizz tal-email, in-numru tat-telefown/tal-mowbajl u d-dejta marbuta mal-Ftehim tal-Bejgħ: il-Prodotti, l-għadd tal-Prodotti, il-post u l-mod tat-twassil tal-Prodotti u l-mod tal-ħlas. Jekk tkun kumpanija li qed tixtri, il-kumpanija taf tintalab isem il-kumpanija u n-numru tal-VAT tal-kumpanija.
2.1.4.1 Is-Servizz Elettroniku Formola tal-Ordnijiet jingħata bla ħlas u huwa servizz ta’ darba li jintemm malli tibgħat l-Ordni bil-formola jew jekk l-utent jagħlaq il-formola qabel jibgħat il-messaġġ.
2.1.5 Newsletter – tista’ tuża s-servizz tan-Newsletter jekk – (1) timmarka l-kaxxa x-xierqa int u toħloq Kont, (2) timmarka l-kaxxa x-xierqa mill-għażliet tal-Kont tiegħek u mbagħad tagħfas fuq “Erfa’ l-bidliet”, (3) timmarka l-kaxxa x-xierqa int u tagħmel Ordni mill-Formola tal-Ordnijiet, (4) tagħti l-indirizz tal-email tiegħek fil-qasam maħsub biex tinkiteb għan-Newsletter jew (5) b’kull mod ieħor li s-Servizzi tagħna jħalluk tinkiteb għan-newsletter.
2.1.5.1 Is-Servizz Elettroniku tan-Newsletter jingħata bla ħlas mingħajr data tat-tmiem għas-servizz. Kull min inkiteb għan-Newsletter jista’ (1) jibgħat email lil hi@coffeelover.mt biex jitlobna ntemmulu l-abbonament man-Newsletter, (2) jimmarka l-kaxxa x-xierqa biex itemm l-abbonament man-newsletter u mbagħad jagħfas fuq “Erfa’ l-bidliet”, (3) jagħfas fuq il-ħolqa li tgħid “Temm l-abbonament” li jkun hemm f’kull ħarÄ¡a tan-newsletter li nibagħtu jew (4) juża kull mod ieħor li s-Servizzi tagħna jagħtuh biex itemm l-abbonament man-Newsletter.
2.2 Il-ħtiÄ¡ijiet tekniÄ‹i biex tuża s-sistemi tal-Operatur tas-Servizz huma: (1) kompjuter, laptop jew xi tagħmir ieħor b’aċċess għal brawżer miftuħ u li jista’ jaqbad mal-internet, (2) servizz tal-email, (3) l-iÄ¡ded verżjoni ta’ wieħed minn dal-brażwers: Mozilla Firefox, Opera, Safari, Microsoft Edge jew Google chrome, (4) skrin b’riżoluzzjoni ta’ mill-inqas 1366×768 px u (5) is-setgħa li l-brawżer jerfa’ l-Biskuttini u jħaddem il-Javascript.
2.3 Il-Klijent mistenni juża l-Ħanut tal-Internet b’mod li jħares il-liÄ¡ijiet u d-diÄ‹enza pubblika mingħajr ma jnaqqar mill-jeddijiet personali, mill-jeddijiet awl-atur u mill-propjetà intellettwali tal-Operatur tas-Servizz u tal-persuni l-oħra. Il-Klijent meħtieÄ¡ jagħti tagħrif Ä‹ar, tajjeb u li fil-ħin tal-għoti jkun veru. Il-Klijent m’għandux jagħmel għemil kontra l-liÄ¡i.
2.4 Il-proÄ‹edura tal-ilmenti għas-Servizzi ElettroniÄ‹i tinsab f’Taqsima 6 tar-Regoli.
3. Il-Kundizzjonijiet tal-Ftehim tal-Bejgħ
3.1 Il-Ftehim tal-Bejgħ bejn il-Klijent u l-Bejjiegħ jintlaħaq meta l-Klijent ikun bagħat Ordni bil-Formola tal-Ordni tal-Ħanut tal-Internet Skont id-dispożizzjoni 2.1.4 tar-Regoli.
3.2 Il-prezz jew il-kumpens tal-Prodott muri fuq is-sit tal-Ħanut tal-Internet huwa bil-minuta Ewro, munita bil-kodiÄ‹i EUR, u jiÄ¡bor fih it-taxxi kollha mistennija li jitħallsu mill-Klijent. Jekk il-prezz jew is-somma tal-kumpens ma tkunx tista’ tinħadem sew, il-Klijent se jkun mgħarraf b’dil-ħaÄ¡a fuq is-sit tal-Ħanut tal-Internet, fosthom waqt il-proÄ‹ess tal-Ordni u meta l-Klijent jgħarrafna li jixtieq jintrabat bil-Ftehim tal-Bejgħ. Jekk il-Ftehim ikun wieħed mingħajr data tat-tmiem jew abbonament, il-Bejjiegħ għandu jagħti l-prezz jew il-kumpens sħiħ li għandu jitħallas, jew darba jew kull tant żmien skont ix-xorta tal-Ftehim.
3.3 Il-proċedura għall-ilħiq tal-Ftehim tal-Bejgħ fil-Ħanut tal-Internet bil-Formola tal-Ordnijiet
3.3.1 Il-Ftehim tal-Bejgħ bejn il-Klijent u l-Bejjiegħ jintlaħaq meta l-Klijent ikun bagħat Ordni bil-Formola tal-Ordni tal-Ħanut tal-Internet Skont id-dispożizzjoni 2.1.4 tar-Regoli.
3.3.2 Wara li tibgħat l-Ordni, il-Bejjiegħ se jikkonfermalek li daħlet u jibda jħejjilek l-Ordni. Il-Bejjiegħ se jibgħat email b’konferma tal-Ordni fuq l-indirizz tal-email mogħti waqt l-Ordni. Malli l-konferma tasal fil-kaxxa postali elettronika tal-Klijent, il-Ftehim tal-Bejgħ bejn il-Klijent u l-Bejjiegħ ikun intlaħaq.
4. Modi u Regoli tal-Ħlas għall-Prodotti
4.1 Il-Bejjiegħ jagħti lill-Klijent dal-modi tal-ħlas għall-Ftehim tal-Bejgħ:
4.1.1 Flus mat-twassil tal-Ordni lill-indirizz mogħti mill-Klijenti.
4.1.2 Ħlas bil-bank lil wieħed mill-kontijiet tal-bank mogħtija mill-Bejjiegħ.
4.1.3 Ħlasijiet bil-karti tal-ħlas miġjuba lilek mill-pjattaforma tal-ħlasijiet bl-internet PayU.
4.2 Żmien għall-ħlasijiet:
4.2.1 Jekk il-Klijent jagħżel li jħallas bil-bank jew bil-karta tal-ħlas, il-Klijent għandu jħallas is-somma kollha fi żmien 14-il jum minn meta jkun intrabat bil-Ftehim tal-Bejgħ.
4.2.2 Jekk il-Klijent jagħżel li jħallas bil-flus mat-twassil tal-ordni fl-indirizz mogħti minnu, il-Klijent għandu jħallas is-somma kollha mat-twassil tal-ordni.
5. Prezz, Modi u Dati tat-Twassil tal-Prodott
5.1 Il-Prodotti jintbagħtu biss lil indirizzi tar-Repubblika ta’ Malta.
5.2 Sakemm il-Ftehim tal-Bejgħ ma jgħidx mod ieħor, il-bgħit tal-Prodotti lill-Klijent huwa servizz bil-ħlas. Il-prezz tas-servizz tat-twassil tal-Prodott (fosthom it-tariffi u l-ħlasijiet kollha marbuta mat-twassil) jintwera lill-Klijent fuq il-paġni marbuta man-nefqa tat-twassil fuq il-Ħanut tal-Internet u waqt il-proċess tal-Ordni, fosthom meta l-Klijent jiġi biex jaqbel li jintrabat bil-Ftehim tal-Bejgħ.
5.3 Il-Bejjiegħ jagħti lill-Klijent dal-modi tat-twassil tal-Prodotti:
5.3.1 Twassil mill-ħaddiema tal-Bejjiegħ.
5.3.2 Twassil minn servizz tal-kurrier imqabbad mill-Bejjiegħ.
5.3.3 Twassil minn servizz tal-posta mqabbad mill-Bejjiegħ.
5.4 Sakemm ma jkunx qal mod ieħor fid-deskrizzjoni tal-Prodott jew waqt l-Ordni, il-Bejjiegħ jintrabat li jwassal il-Prodotti lill-Klijent fi żmien sebat (7) ijiem tax-xogħol. Jekk fl-Ordni jkun hemm xi Prodott li ma jistax jitwassal mal-oħrajn, l-Ordni tiddewwem sakemm dak il-Prodott ikun jista’ jitwassal. Iż-żmien għat-twassil tal-Prodtt lill-Klijent jibda jingħadd hekk:
5.4.1 Jekk il-Klijent jagħżel li jħallas billi jibgħat il-flus bil-bank jew iħallas bil-karta tal-ħlas, mid-data li l-flus jaslu fil-kont tal-bank tal-Bejjiegħ jew fil-kont tal-Bejjiegħ fil-pjattaforma tal-ħlasijiet.
5.4.2 Jekk il-Klijent jagħżel li jħallas bil-flus malli l-Ordni titwassal fl-indirizz mogħti minnu, mid-data li fiha jkun intlaħaq il-Ftehim tal-Bejgħ.
5.4.3 Jekk il-Klijent jordna Prodott ili l-Bejjiegħ ma jkollux fil-maħżen, il-Bejjiegħ jista’, imma mhux fid-dmir, jagħżel li jwassal il-bqija tal-Prodotti biex imbagħad iwassal il-Prodotti neqsin malli jaslu fil-maħżen.
6. Ilmenti
6.1 Dit-taqsima tar-Regoli titħaddet dwar il-proċedura għall-ilmenti kollha li Klijent jaf ikun jixtieq iressaq lill-Bejjiegħ, l-iktar l-ilmenti marbuta mal-Prodotti, mal-Ftehim tal-Bejgħ, mas-Servizzi Elettroniċi u mal-ilmenti l-oħra kollha marbuta mal-ħidma tal-Bejjiegħ jew mal-Ħanut tal-Internet.
6.2 Il-Bejjiegħ mistenni li jwassal lill-Klijent Prodotti mingħajr difetti skont ma jitlob minnu Kap. 378 tal-LiÄ¡ijiet ta’ Malta. Il-Klijent, sakemm mhux persuna legali jew għaqda mhux irreÄ¡istrata, għandu l-jeddijiet mogħtija lilu minn Kap. 378 tal-LiÄ¡ijiet ta’ Malta.
6.3 Klijent jista’ jressaq ilment billi jibgħat email lill-indirizz hi@coffeelover.mt bis-suġġett “Ilment – [numru tal-ordni]”
6.4 Nissuġġerixxu li fid-deskrizzjoni tal-ilment, il-Klijenti jagħtina: (1) it-tagħrif u Ä‹-Ä‹irkostanzi marbuta mal-ilment, l-iktar ix-xorta u d-data tan-nuqqas ta’ qbil mal-ftehim, (2) dak li qed jistenna biex iqis li l-Bejjiegħ mexa mal-ftehim, talba għal tnaqqis fil-prezz, talba għallħall mill-ftehim jew xi talba oħra u (3) id-dettalji tal-kuntatt ta’ min qed iressaq l-ilment – dawn id-dettalji jgħinuna nipproÄ‹essaw l-ilment iktar malajr. Dawn it-tliet punti huma biss suġġeriment u jekk l-ilment jitressaq b’tagħrif ieħor, ma jfissirx li mhux se jitqies.
6.5 Jekk id-dettalji tal-kuntatt jinbidlu waqt li qed inqisu l-ilment, min ilmenta fid-dmir li jgħarraf lill-Bejjiegħ b’dil-bidla.
6.6 Mal-ilment il-Klijent jista’ jehmeż il-provi (ngħidu aħna, ritratti, dokumenti, filmati). Il-Bejjiegħ jista’ jitlob iktar tagħrif mingħand min ressaq l-ilment.
6.7 Il-Bejjiegħ għandu jwieġeb l-ilment minnufih, fi żmien 14-il jum minn meta jkun daħal l-ilment.
7. Il-jedd li tinħall mill-ftehim tal-bejgħ
7.1. Klijent li jkun daħal fi ftehim tax-xiri mill-bogħod għandu l-jedd li, b’xi eċċezzjonijiet, fi żmien 14-il jum minn meta jkun twassal il-prodott, jinħall mill-ftehim mingħajr ma jagħti l-ebda raÄ¡uni u mingħajr ma jeħel spejjeż b’rabta ma’ dal-ħall mill-ftehim. Biex jagħmel hekk, qabel jgħaddu l-14-il jum, il-Klijent jista’ jgħarraf lill-Bejjiegħ li jixtieq jinħall mill-ftehim billi jibgħat email fuq hi@coffeelover.mt.
7.2 Wara li jkun għarraf lill-Bejjiegħ li jixtieq jinħall mill-ftehim, il-Klijent għandu jistenna l-istruzzjonijiet tal-Bejjiegħ ta’ kif għandu jibgħat lura l-Prodott.
7.3 Il-limiti taż-żmien biex wieħed jinħall mill-ftehim jibdew jgħoddu hekk:
7.3.1 għal ftehim marbut ma’ Prodott mibjugħ mill-Bejjiegħ, minn meta l-Prodott jitwassal lill-Klijent jew lil xi ħadd ieħor li jilqa’ l-Prodott f’isem il-klijent.
7.3.2 għal ftehim marbut ma’ għadd ta’ Prodotti mibjugħa mill-Bejjiegħ li jitwasslu f’dati differenti, minn meta l-ewwel Prodott jitwassal lill-Klijent jew lil xi ħadd ieħor li jilqa’ l-Prodott f’isem il-Klijent.
7.3.3 għal ftehim marbut ma’ abbonament ta’ Prodotti mibjugħa mill-Bejjieħ, minn meta l-ewwel Prodott jitwassal lill-Klijent jew lil xi ħadd ieħor li jilqa’ l-Prodott f’isem il-Klijent.
7.3.4 għall kull xorta oħra ta’ ftehim, mid-data tal-ilħiq tal-ftehim.
7.4 Fil-każ tal-Prodotti:
7.4.1 Il-Bejjiegħ fid-dmir li jħallas lura lill-Klijent f’qasir żmien wara li jkun tgħarraf mill-Klijent li jixtieq jinħall mill-ftehim, kull somma li jkun ħallas (fosthom kull nefqa marbuta mal-bgħit lura jew mal-Ä¡bir tal-Prodott, ħlief għal kull somma ikbar mill-irħas mod li l-klijent seta’ juża). Sakemm il-Klijent ma jkunx qabel mod ieħor u sakemm il-Bejjiegħ ikun jista’ jagħmel hekk, il-Bejjiegħ għandu jibgħat il-flus lura fuq l-istess mod tal-ħlas li l-Klijent ikun uża biex iħallas. Il-Bejjiegħ jista’ jdewwem il-ħlas lura sakemm il-Prodott jasal lura mingħand il-Klijent.
7.4.2 Il-Klijent fid-dmir li jibgħat il-Prodott lura lill-Bejjiegħ fi żmien 14-il jum minn meta jkun intalab li jinħall mill-ftehim jew għandu jgħaddi l-Prodott lura lil xi ħadd maħtur mill-Bejjiegħ biex jiġbor il-Prodott. Jekk jgħaddu l-14-il jum u l-Prodott ma jkunx wasal lura għand il-Bejjiegħ, il-Klijent jitlef il-jedd li jinħall mill-Ftehim.
7.4.3 Il-Klijent għandu jagħmel tajjeb għat-telf fil-valur tal-Prodott jekk ikun użah b’mod li jmur lil hinn minn dak meħtieÄ¡ biex jifhem jekk jgħoddx għalih.
7.5 In-nefqiet marbuta mal-ħall mill-ftehim li l-Klijent mistenni jagħmel tajjeb għalihom:
7.5.1 Il-bgħit lura jekk il-Klijent jagħżel mod li mhux l-irħas wieħed fis-suq. Il-Bejjiegħ jagħmel tajjeb biss għall-irħas mod tal-bgħit lura fis-suq. Jekk il-Klijent jagħżel li juża mod ieħor għajr dak suġġerit mill-Bejjiegħ, il-Bejjiegħ mhux marbut jagħmel tajjeb għan-nefqa li jeħel il-Klijent.
7.5.2 Il-Prodotti jew/u s-Servizzi mogħtija minn meta jkun intlaħaq il-ftehim sakemm il-Klijent ikun għażel li jinħall mill-ftehim. Is-somma tal-ħlas tinaħdem skont il-valur tal-Prodotti jew is-Servizzi mogħtija.
7.6 Il-Klijent ma jistax jinħall mill-ftehim tax-xiri mill-bogħod f’dawn il-każijiet:
7.6.1 Jekk ikun ingħata Servizz jew Prodott wara li l-Bejjiegħ ikun għarrfu minn qabel, u l-Klijent ikun qabel, li malli jibda jingħata s-Servizz jew jitwassallu l-Prodott, jitlef il-jedd li jinħall mill-ftehim; (1) meta l-prezz jew il-ħlas jiddependu mis-swieq finanzjarji li l-Bejjiegħ m’għandux kontroll fuqhom u li l-bidliet fil-prezz jew fil-ħlas iseħħu qabel jgħaddi ż-żmien għall-ħall mill-ftehim; (2) meta l-Prodott jinħadem apposta għall-Klijent; (3) meta l-Prodott, fil-ħin tax-xiri, jista’ jeħżien, ma jibqax tajjeb biex jinbiegħ jew jiskadi malajr; (4) meta l-Prodott, wara li jinfetaħ, ma jkunx jista’ jerÄ¡a’ jinbiegħ minħabba raÄ¡unijiet ta’ iÄ¡jene jew saħħa; (5) meta l-Prodotti, minħabba l-għamla tagħhom, ikunu marbuta ma’ Prodotti oħra (bħal, ngħidu aħna, Prodotti f’sett); (6) meta fil-ħin tax-xiri, il-Klijent ikun Ä¡ie mgħarraf li l-Prodotti se jitwasslu mill-inqas 30 jum wara l-jum tax-xiri; (7) meta l-Klijent ikun talab lill-Bejjiegħ iwassallu l-Prodotti jew jagħtih is-Servizzi b’rabta ma’ emerÄ¡enza; (8) meta l-Klijent ikun xtara servizzi diÄ¡itali, reÄ¡istrazzjonijiet tal-ħoss jew bl-istampi jew programmi tal-kompjuter; (9) jekk il-Prodott ikun gazzetta, Ä¡urnal jew Prodott bħal dan, bl-eċċezzjoni tal-abbonamenti; (10) jekk il-Klijent ikun xtara xi ħaÄ¡a b’irkant; (12) jekk is-Servizz jew il-Prodott ikunu ngħataw b’rabta ma’ post fejn toqgħod (ħlief post fejn toqgħod privat), trasport tal-oġġetti, kiri tal-karozzi, catering, servizzi marbuta mad-divertiment, mal-isport jew mal-avvenimenti kulturali jew jekk id-data tal-għoti tas-Servizz jew tal-Prodott tkun issemmiet fil-ftehim; (11) għal kull Servizz li jkun twettaq mill-Bejjiegħ bil-qbil minn qabel tal-Klijent.
8. Dispożizzjonijiet Aħħarin
8.1 Kull Ftehim milqut bejnek u bejnna jintlaħaq biss bl-ilsien Malti, skont dawn ir-Regoli. Anki jekk tuża l-Ħanut tal-Internet b’xi lsien ieħor, ir-Regoli li jorbtu huma dawk bil-Malti u kull ħaÄ¡a għandha tinftiehem skonthom.
8.2 Bidliet fir-Regoli:
8.2.1 Nistgħu nibdlu dawn ir-Regoli minn rajna u meta jidhrilna aħna għal ħafna raġunijiet fosthom minħabba l-bidliet fil-liġi, minħabba l-ibdliet fil-metodi jew id-dati tal-ħlas jew tat-twassil, minħabba xi dmirijiet legali jew regolatorji, minħabba l-bidiet fix-xorta tas-Servizzi Elettroniċi mogħtija, minħabba ż-żieda fis-Servizzi Elettroniċi, biex nilqgħu u niġġieldu t-theddid mhux magħruf jew it-theddid dirett għall-ħarsien tal-Ħanut tal-Internet jew għall-ħarsien tas-Servizzi Elettroniċi u tal-Klijenti mill-qerq, mis-software ħażin, mill-ispam, mill-ħruġ tad-dejta u minn theddid diġitali ieħor.
8.2.2 Il-bidliet se jidħlu fis-seħħ fil-ħin li jittellgħu fuq das-sit u għalhekk inħeġġuk iżżur dil-paÄ¡na u taqra dar-Regoli ta’ sikwit. Meta tuża das-sit jew tilħaq ftehim magħna, qed taqbel li nistgħu nibdu dawn ir-Regoli meta u kif jidhrilna aħna.
8.3 Jekk il-bidliet fir-Regoli jwasslu għal żieda fit-tariffi jew għal tariffi Ä¡odda, il-Klijent li jkompli juża l-Ħanut tal-Internet ikun qed jaqbel ma’ dawn il-bidliet.
