Welcome to COFFEELOVER.mt — your internet shop for everything coffee. FREE DELIVERY from €35.00!

Privacy Policy

Home >

Privacy Policy

Politika tal-Privatezza

L-iġded bidla: l-24 ta’ Diċembru 2025

Daħlet fis-seħħ: l-1 ta’ Jannar 2026

Dil-Politika tal-Privatezza tfisser il-politiki ta’ CoffeeLover.mt, Ħanut tal-Internet imħaddem minn Xorb Tajjeb Ltd., B102, Triq in-Nakkri, San Pawl il-Baħar SPB1553, Malta, bl-indirizz tal-email: privatezza@coffeelover.mt u n-numru tat-telefown: +356 79419868 dwar il-ġbir, l-użu u l-qsim tat-tagħrif li niġbru meta tuża s-sit tagħna ( https://www.coffeelover.mt )(is-“Servizz”). Meta tiftaħ jew tuża s-Servizz, tkun qed taqbel li niġbru, nużaw u naqsmu t-tagħrif dwarek skont dil-Politika tal-Privatezza. Jekk ma taqbilx, jekk jogħġbok tiftaħx u tużax is-Servizz.

Nistgħu nibdlu dil-Politika tal-Privatezza meta jidhrilna aħna u mingħajr ma ngħarrfuk minn qabel dwarha għalkemm meta nagħmlu hekk, se ntellgħu l-Politika tal-Privatezza l-ġdida fuq is-Servizz. Il-Politika l-ġdida tidħol fis-seħħ fi żmien ġimgħa minn meta tkun ittellgħet fuq is-Servizz u jekk tkompli tiftaħ jew tuża s-Servizz, tkun qed turina li qbilt mal-Politika tal-Privatezza l-ġdida. Nissuġġerulek iżżur dil-paġna ta’ sikwit.

1. Tagħrif li Niġbru

1.1 Nafu niġbru u nipproċessaw dat-tagħrif personali dwarek:

 

  • Ismek u kunjomok
  • L-indirizz tal-email tiegħek
  • In-numru tat-telefown/tal-mowbajl
  • Il-profil tal-midja soċjali
  • Id-data tat-twelid
  • L-indirizz
  • L-indirizz tax-xogħol
  • Id-dettalji tal-ħlas

2. Kif Niġbru t-Tagħrif Dwarek

2.1 Nistgħu niġbru/niksbu t-tagħrif dwarek hekk:

  • Meta utent jimla l-formola tar-reġistrazzjoni jew b’xi mod ieħor jibgħat it-tagħrif personali tiegħu.
  • Meta utent juża s-sit tagħna.
  • Minn għejun pubbliċi.

3. Kif Nużaw it-Tagħrif Dwarek

3.1 Se nużaw it-tagħrif li niġbru dwarek għal dal-għanijiet li ġejjin:

  • Għat-tiswiq / għar-riklami.
  • Biex noħolqulek u nżommulek kont.
  • Għall-kummenti.
  • Biex niġbru l-ħsibijiet tiegħek.
  • Biex inwettqu r-regoli.
  • Biex nipproċessaw il-ħlasijiet.
  • Biex ngħinuk.
  • Għall-amministrazzjoni.
  • Għar-riklami maħsuba għalik.
  • Biex nieħdu ħsieb l-ordnijiet.
  • Biex inħarsu s-sit tagħna.
  • Biex nilħqu ftehim f’każ ta’ xi lment.
  • Biex nieħdu ħsieb il-kont tiegħek bħala utent.

3.2 Jekk inkunu nixtiequ nużaw it-tagħrif dwarek għal xi għan ieħor, l-ewwel se nitolbuk taqbel li nagħmlu hekk u mhux se nużaw dat-tagħrif qabel jaslilna l-qbil tiegħek. Jekk jaslilna l-qbil tiegħek, sakemm il-liġi ma titlobniex xorta oħra, se nużaw it-tagħrif għall-għanijiet miżjuda li tkun qbilt magħhom.

4. Kif Naqsmu t-Tagħrif Dwarek

4.1 Għajr fil-każijiet li ġejjin, mhu se ngħaddu l-ebda tagħrif personali dwarek lil xi ħadd barrani mingħajr il-qbil tiegħek: 

  • Għas-servizz tar-riklami.
  • Għall-aġenziji tat-tiswiq.
  • Għall-imsieħba fil-qasam legali.
  • Għat-tagħrif ta’ kif jintuża s-sit.
  • Biex niġbru u nipproċessaw id-dejta.

4.2 Meta naqsmu t-tagħrif dwarek, se nitolbu lill-imsieħba tagħna biex ma jużawx it-tagħrif personali li naqsmu magħhom għal għanijiet għajr dawk li nkunu qsamna t-tagħrif għalihom u li ma jżommux it-tagħrif għal iktar żmien miż-żmien meħtieġ biex iwettqu dak l-għan.

4.3 Nafu naqsmu t-tagħrif personali tiegħek għal dawn l-għanijiet li ġejjin: (1) biex nimxu mal-liġi, mar-regolamenti, mal-ordnijiet tal-qorti jew mal-proċessi legali l-oħra li fid-dmir nimxu magħhom; (2) biex inwettqu l-ftehim li tkun dħalt fih magħhan, fosthom dil-Politika tal-Privatezza jew (3) biex inwieġbu x-xiljiet li meta tuża das-Servizz tkun qed tikser xi jeddijiet ta’ ħaddieħor. Jekk is-Servizz jew il-kumpanija tagħna jinxtraw jew jingħaqdu ma’ xi Servizz jew kumpanija oħra, it-tagħrif tiegħek se jkun wieħed mill-assi li jingħadda lis-sid il-ġdid (jew lis-sidien il-ġodda).

5. Żamma tat-Tagħrif Dwarek

5.1 Se nżommu t-tagħrif għal bejn 90 jum u sentejn wara li utent jagħlaq il-kont tiegħu jew, kif imfisser f’dil-Politika tal-Privatezza, għat-tul taż-żmien meħtieġ biex inwettqu l-għan li t-tagħrif ikun inġabar għalih.

5.2 Nafu nkunu neħtieġu nżommu xi tagħrif għal żmien itwal għall-għanijiet taż-żamma tat-tagħrif / tar-rapporti skont ma jitolbu minna l-liġijiet jew raġunijiet tajbin bħal, ngħidu aħna, it-twettiq tal-jeddijiet legali tagħna, il-ħarsien mill-frodi, eċċ.

5.3 Nafu naħżnu għal dejjem xi fdalijiet ta’ tagħrif b’mod anonimu, miġbur fi grupp b’mod li ma jwassalx għalik (la direttament u lanqas indirettament).

6. Jeddijietek

6.1 Skont il-liġi li tgħodd għal dak il-każ, jaf ikollok il-jedd li tikseb u tibdel jew tħassar id-dejta personali tiegħek jew li nagħtuk kopja tad-dejta personali tiegħek, li ma tħalliniex jew li tgħarrafna li ma taqbilx li nipproċessaw id-dejta tiegħek b’mod attiv, li titlobna naqsmu t-tagħrif personali tiegħek ma’ xi entità oħra, li tneħħi l-qbil li nipproċessaw id-dejta tiegħek, li tressaq ilment mal-awtoritajiet u l-jeddijiet l-oħra kollha li l-liġijiet li fid-dmir nimxu magħhom jafu jagħtuk. Ibgħatilna email fuq privatezza@coffeelover.mt biex tuża dal-jeddijiet. Aħna nwieġbu t-talba tiegħek skont ma jitolbu minna l-liġijiet.

6.2 Tista’ titlobna ma nibagħtulekx materjal ta’ tiswiq dirett billi tiktbilna fuq privatezza@coffeelover.mt. Żomm f’moħħok li jekk ma tħalliniex niġbru jew nipproċessaw it-tagħrif personali meħtieġ jew tneħħi l-qbil li nagħmlu hekk għall-għanijiet meħtieġa, taf ma tkunx tista’ tikseb jew tuża s-servizzi li jeħtieġu dak it-tagħrif.

7. Biskuttini

7.1 Jekk jogħġbok aqra l-Politika tal-Biskuttini tagħna għal iktar tagħrif dwar kif nużaw dit-teknoloġija (“cookies”).

8. Sigurtà

8.1. Għalina s-sigurtà tat-tagħrif tiegħek miżmum magħna hija importanti ħafna u se nagħmlu kull għemil raġjonevoli biex ma nħalluhx jintilef, jintuża ħażin jew jinbidel minn xi ħadd. Li ma nistgħux nagħmlu huwa li nagħtuk garanzija assoluta tas-sigurtà tat-tagħrif u għalhekk ma nistgħux niżguraw jew nagħtuk garanziji. Jekk taqsam it-tagħrif tiegħek magħna, qed nagħmel hekk a riskju tiegħek u minn rajk.

9. Ħoloq Barranin u l-Użu tat-Tagħrif Dwarek

9.1 Is-Servizz tagħna taf issiblu xi ħoloq għal siti oħra mhux imħaddma minna. Dil-Politika tal-Privatezza ma tagħtix il-politiki tal-privatezza u l-proċessi ta’ ħaddieħor, fosthom ta’ dawk li jmexxu xi sit jew jagħtu servizz li tista’ tasal għalih minn ħolqa fuq is-Servizz.

9.2 Inħeġġuk tifhem il-politiki tal-privatezza ta’ kull sit li żżur. M’għandna l-ebda kontroll fuq, u ma nieħdu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut, il-politiki tal-privatezza jew il-proċessi ta’ siti jew servizzi barranin.

10. Ilmenti

10.1 Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tħassib dwar kif nipproċessaw it-tagħrif dwarek miżmum għandna, tista’ tibgħat email fuq privatezza@coffeelover.mt. Se nqisu l-messaġġ tiegħek skont ma titlob il-liġi minna.

0
0
Your Cart
Your cart is emptyReturn to Shop

Filters

Product brands

Product categories

Product tags

Product Capsule Quantity

Product Drink size